Kurt U Sarah public
[search 0]
More
Download the App!
show episodes
 
Loading …
show series
 
Fl-episodju tal-lum (suppost) niddiskutu r-rumantiċizzazzjoni nazzjonali tal-kariġi ta' avukat u tabib, diskussjoni li xi ftit jew wisq tiżvolġi fi lmenti li jolqtu l-kura tas-saħħa u servizzi legali. Nistaqsu wkoll għaliex il-prezzijiet online huma tant differenti minn dawk li ssib fil-ħanut proprju, u l-infestazzjoni massakrabbli tan-nemel. Kelli…
  continue reading
 
Fl-għaxarepisodjuversarju tat-tieni staġun, Kurt u Sarah jitfgħu d-damma għal saqajha u jittantaw l-opinjonijiet ta' xulxin fejn tidħol il-kultura tal-logħob tal-azzard li nfirxet madwar Malta. Jissoktaw ukoll il-brudatini mill-udjenza u anki brudatina mingħand Sarah issa li bdiet tieħu nota fiżika ta' kull avveniment f'ħajjitha li jiskomodalha l-i…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah iħarrġu l-kordi vokali tagħhom f'diskorsata li tolqot kollox marbut mal-eżerċizzju, mill-attività fiżika nnifisha għall-perċezzjoni li għandna lejn ġisimna bħala vettura miexja ta' laħam. Mhux hekk biss, iżda jinġiebu għall-ewwel darba brudatini esklussivi mingħandkom stess, l-udjenza brudeska tagħna! Kelliema: Kur…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jinfexxu f'diskorsata taħraq u kemxejn pikkanti fit-togħma dwar kemm aħna bħala pajjiż lesti naċċettaw il-medjokrità, in-nuqqas ta' rieda li nixprunaw il-kwalità, u l-ġlieda magħna nfusna biex inrendu xi ħaġa ta' sugu. Did-darba b'ŻEWĠ brudatini esklussivi mingħand Kurt! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shrek…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum Kurt u Sarah jiftħu diskussjoni dwar l-isfumaturi li jsawru l-kultura tal-Maltin... li inevitabbilment tiżvolġi f'riflessjonijiet dwar il-lingwa. Jiġu diskussi wkoll series li jgħibu minn fuq Netflix bla avviż jew twissija ta' xejn, u prezzijiet kwistjonabbli tad-deterġenti. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Log…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jiddiskutu d-diversi sfumaturi marbutin mal-aċċessibbiltà u kif dan il-kunċett jissarraf (jew ma jissarrafx) Malta, u żewġ brudatini u nofs imnebbħa mill-ħajja riċenti ta' dawn iż-żewġ protagonisti omosesswali. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: …
  continue reading
 
Nhar is-Sibt Malta toħroġ bi ħġarha tixħet il-vot, u allura xi żmien aħjar biex naqbdu parlata fuq l-elezzjonijiet li ġejjin? Kurt u Sarah jirriflettu fuq xi tfisser din l-elezzjoni għal Malta, il-kandidati prospettivi, u l-importanza li nhar is-Sibt ma noqogħdux id-dar insaqqu l-ħass. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix …
  continue reading
 
Din il-ġimgħa għoġobna nkomplu nħarbtu t-tessut taż-żmien bl-episodju l-ieħor li SUPPOST kien intiż għall-ewwel staġun, iżda l-istaġun qatt ma fetaħ. Riflessjoni dwar in-natura u l-wirt tal-kunjomijiet, sparpaljati b'interventi dwar salads bi prezz eżorbitanti mill-ajruporti u t-temp orrendi ta' dan l-aħħar xahar. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah …
  continue reading
 
Il-Eurovision ta' dis-sena kien... interessanti, u l-ġrajjiet kwistjonabbli li saru matulu taw spunt lil Kurt u Sarah biex jidħlu fin-natura ta' xi jsawwar dan il-konkors. Tista' tippromwovi l-paċi u xorta waħda tagħlaq għajnejk mill-implikazzjonijiet politiċi? Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta…
  continue reading
 
Din il-ġimgħa nwasslulkom wieħed mill-episodji mitlufin li suppost ifforma parti mill-ewwel staġun ta' ĦMB – jew it-tieni staġun li suppost sar tliet xhur ilu. Kurt u Sarah jaqbdu konverżazzjoni eżistenzjali dwar ix-xjuħija u l-qrubija tal-mewt, filwaqt li jirriflettu fuq tipi ta' ikel li jqabbadhom ħruq ta' stonku. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sara…
  continue reading
 
Wara erba' xhur stennija u wegħdiet mhux miżmuma, Il-Ħass Mal-Bass jerġa' lura b'textix iferfer! Biex ivaraw l-istaġun il-ġdid, Kurt u Sarah jingħaqdu flimkien għal naqra catch-up u mustarda dwar x'minnhom mill-bidu tas-sena 'l hawn. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime"…
  continue reading
 
Intemmu l-ewwel staġun ta' Il-Ħass Mal-Bass bil-kbir bl-aktar crossover antiċipat u mistenni bil-ħerqa tas-sena! Ningħaqdu ma' Keith u Craig minn Tiegħi, Tiegħek, Tagħna f'din l-ewwel parti tal-kollaborazzjoni tagħna biex niddiskutu ftit dwar ir-riżoluzzjonijiet tas-sena l-ġdida u, fuq kollox, nimmassimizzaw l-omosesswalità konġunta bejnietna. Morr…
  continue reading
 
Fl-episodju festiv tal-lum, Kurt u Sararah jitgeżwru bix-xalel u l-iskufji u jferrgħu ċumnata sħuna sħuna biex jiddiskutu dak kollu marbut ma' żmien il-Milied. Jissemmew ukoll il-valuri Nsara vis-à-vis min jgħix bla saqaf fuq rasu, it-tifqigħa bla rażan tal-boutique hotels. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.a…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum nirriflettu fuq suġġett mhux wisq festiv jew festeġġanti, jiġifieri l-mewġa tal-lemin estrem li ilha taħkem ix-xenarju politiku Ewropew dawn l-aħħar snin, fid-dawl ukoll ta' avvenimenti riċenti. B'interventi aktar leġġeri dwar min joqgħod iżid @official fil-handle tal-media soċjali u l-ħinijet tax-shipping minn ħwienet bħal ASOS…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jħarsu lura lejn il-vjaġġ awditorju tagħhom ta' din is-sena, minqux għal dejjem fl-istorja grazzi għal Spotify Wrapped. Eh, u l-Vengaboys ġejjin s'Għawdex!! Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative Commo…
  continue reading
 
Fl-iqsar episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass s'issa (għall-erwieħ), Kurt u Sarah jirriflettu fuq it-terrur akut ikkaġunat mit-teżijiet li qed jiktbu bħalissa, ipinġu diskussjoni ħelwa ħelwa fuq it-tattoos u l-implikazzjonijiet ta' meta titpinġa, u jilmentaw fil-qosor dwar il-Mercury Tower u l-qirda tas-siġar il-Mosta. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (I…
  continue reading
 
Fl-20 episodjuversarju ta' Il-Ħass Mal-Bass ningħaqdu mal-mistiedna speċjali ta' din il-ġimgħa, Erika Ellul, biex neskavaw l-eqdem qallut tal-bnedmin fossilizzat u nirriflettu fuq id-diversi perċezzjonijiet tagħna l-Maltin fil-konfront tal-mewt. Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Erika (IG @nessejtni) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mu…
  continue reading
 
F'dan l-episodju mimli daqs bajda bil-crack ningħaqdu mal-mistieden ekstraspeċjali tagħna Yandrick Agius: semmiegħ akkanit tal-podcast u Baby Doll extraordinaire fil-Moulin Rouge. Nagħmlu naqra catch-up (u mayonnaise) bejnietna u nirriflettu mhux biss fuq l-14-il brudatina li ħejjielna Yandrick, iżda wkoll naqsmu perspettivi u perċezzjonijiet bħala…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum nittawlu minn wara l-kwinti u nimirħu fuq taħdita dwar it-teatru u nolqtu xi perspettivi differenti marbutin mad-dinja tal-ispettaklu. B'interventi spettakolari daqstant dwar meta nużaw il-lirika fil-captions ta' Instagram, u għaliex aħna bħala soċjetà mġegħlin naħsbu li t-trabi tat-twelid huma ħlejqiet ħelwin. Kelliema: Kurt (I…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum, Kurt u Sarah jerġgħu lura fiż-żmien biex jirriflettu fuq iż-żmien li qattgħu l-postsekondarja, miżgħud b'esperjenzi ammirabbli daqskemm kienu kwistjonabbli. U la qed insemmu imbarazz kwistjonabbli, isiru wkoll dibattitu dwar il-validità tal-mayonnaise u lment rigward l-arja kundizzjonata ġewwa Spazju Kreattiv. Kelliema: Kurt (I…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-waħx (litteralment u figurattivament) tal-lum, Kurt u Sarah jagħtu prietka ta' esperjenzi marbutin ma' lejlet Jum il-Qaddisin kollha. Jiġu diskussi wkoll il-bżonn li navżaw 'l-għassa bil-miġja ta' Ed Sheeran u l-istat massakrabbli tal-bankini fil-pajjiż. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) …
  continue reading
 
F'dan l-isfreġju ta' episodju għandkom il-privileġġ esklussiv li tesperjenzaw il-kriżi estienzjali tal-poddata sseħħ quddiem għajnejkom, fejn Kurt u Sarah jiddiskutu xelta vasta ta' suġġetti mill-ewwel bewsa ta' Kurt maqsuma bejn 10 persuni, għall-McKroket li nbiegħet esklussivament fil-McDonald's tal-Olanda. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @…
  continue reading
 
Fl-episodju tal-lum nagħtu tmiem għal ġimgħa sħiħa ta' briju u kwiriżmu b'ħarsa lura lejn l-esperjenza personali tagħna matul Europride, u nikkwistjonaw il-ħtieġa li r-ristoranti u l-barijiet ta' ċertu pritensjoni borgiża jsejħu lilhom infushom "gastropubs". Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' f…
  continue reading
 
Nilqgħukom għat-tieni segment tal-edizzjoni speċjali u aktar omosesswali mis-soltu ta' Il-Ħass Mal-Bass, fejn niftħu diskussjoni dwar il-EuroPride u għaliex il-kunċett ta' Pride għadu pertinenti u bżonjuż illum il-ġurnata, u nagħlqu bil-bruda li qabdet lil Kurt minħabba ċerti membri fl-udjenza waqt il-kunċert ta' André Rieu. Kelliema: Kurt (IG @k.r…
  continue reading
 
Episodju ħdax ta' Il-Ħass Mal-Bass huwa l-ewwel parti minn tnejn bi tħejjija għal EuroPride, li din is-sena huwa ospitat minn Malta. Fl-episodju tal-lum nirriflettu fuq l-esperjenza personali tagħna f'Malta bħala membri tal-komunità queer u nidħlu wkoll fil-kuntrasti bejn il-qafas legali u d-drittijiet ċivili versus l-attitudni mifruxa tas-soċjetà.…
  continue reading
 
Għal episodju ħdax ta' Il-Ħass Mal-Bass nitilqu bassina tinten mal-ieħor sinifikanti ta' Kurt, Wilbert Tabone, fejn intuh lok jiżvoga dwar xelta vasta ta' brudatini filwaqt li jispjegalna ftit dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, il-qasam li jispeċjalizza fih. Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb00b) u Wilbert (IG @wiltabone) Logo: Félix (IG @…
  continue reading
 
Il-Ħass Mal-Bass jagħlaq 10 episodji! F'din l-edizzjoni ningħaqdu mal-extra special guest judge Karl Bartolo, fejn nirriflettu fuq il-party li għadda ta' Nerve, in-nervi li jqabbadna l-MaltaPost meta jibqa' magħluq mingħajr avviż, nesploraw id-dinja tal-matematika, u naqsmu ħsibijietna fuq Oppenheimer. Kelliema: Kurt (IG @k.rt), Sarah (IG @shreksb0…
  continue reading
 
F'episodju disgħa ta' Il-Ħass Mal-Bass nilmentaw dwar meta tfittex prodott u tinduna li s-supermarket m'għadux iġibu, il-fissazzjoni tagħna bit-Taljan u l-impatt storiku mifrux ta' din il-lingwa, u meta tagħfas il-buttuna fuq tal-linja biex tinżel u x-xufier ma jiqaflekx. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc…
  continue reading
 
F'episode tmienja ta' Il-Ħass Mal-Bass nilmentaw dwar il-fissazzjoni li naqilbu kollox bl-Ingliż, il-paprati li qed isiru fuq FKA Twitter, u nies li assolutament m'għandhomx idea x'inhuma jagħmlu. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (Liċenzja Creative…
  continue reading
 
F'din l-edizzjoni kaotika ta' Il-Ħass Mal-Bass neżaminaw it-telf fil-kwalità taċ-chicken wings m'għand iċ-Chick-King, nimirħu fl-univers u ninterrogaw l-aljeni, niffrustraw ruħna bil-plakek Maltin u nanalizzaw il-legat ta' Sinéad o'Connor... fost ĦAFNA oħrajn. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta'…
  continue reading
 
Fis-sitt iterazzjoni ta' Il-Ħass Mal-Bass nilqgħu l-ewwel mistiedna tagħna Lisa Baldacchino, u flimkien niddiskutu l-ħakma ta' Barbie fuq id-dinja, l-apatija palpabbli fix-xenarju politiku lokali, u demografija ta' sewwieqa li xi ftit jew wisq ma jistħoqqilhomx il-liċenzja. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.a…
  continue reading
 
Fil-ħames episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass niftħu fuq l-atteġġjamenti bejn il-kaxxiera u l-klijenti, l-atteġġjament tagħna stess fil-konfront tar-reliġjon Kattolika, u l-qima li nuru lejn ċerti ċelebritajiet tant li jistgħu jitqiesu reliġjonijiet ġodda. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għ…
  continue reading
 
Fir-raba' episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass nesploraw it-tradizzjoni Maltija per eċċellenza tal-festi — li jgħaqqduna flimkien jew ikomplu jifirduna — u naqbdu diskorsata taħraq dwar l-esperjenza tal-għawm fil-baħar vis-à-vis fil-pixxini. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime…
  continue reading
 
Fit-tielet episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass nesploraw l-esaġerazzjoni ta' reklami fil-media lokali, il-kontenut li nikkonsmaw fuq l-istazzjoni nazzjonali, u r-rabta mhux mistennija bejn il-brija u l-latrini pubbliċi. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Kevin MacLeod (…
  continue reading
 
Fit-tieni episodju ta' Il-Ħass Mal-Bass, Kurt u Sarah jiddiskutu kif id-destin laqqagħhom flimkien, l-istat tas-servizz tat-trasport pubbliku, u l-misteru dejjem jikber wara l-istickers ta' "Jesus Saves" mifruxin madwar Malta. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għeluq: "Breaktime" ta' Ke…
  continue reading
 
Fl-episodju premier ta' Il-Ħass Mal-Bass, Kurt u Sarah jiddiskutu l-għeluq ta' Subway f'Malta, is-sitwazzjoni attwali tal-Malti u l-kultura ta' bilingwiżmu, u x-xejra affaxxinantissima li nagħtu ismijiet lid-djar tagħna bħallikieku trabi li wellidna. Kelliema: Kurt (IG @k.rt) u Sarah (IG @shreksb00b) Logo: Félix (IG @felix.afc) Mużika ta' ftuħ u għ…
  continue reading
 
Loading …

Quick Reference Guide